Search

Dissolving Fences...
Because We Care

Ħatt-il Ħajt... Għax Jimpurtana

Inkwatru jinqala’ bit-tiżwieqa ta’ kuluri li jżejnuh.  Daqstant ieħor, l-edukazzjoni u l-possibilitajiet li joħorgu minnha, jiżdiedu bit-tiżwieq ta’ kulturi differenti li jgħixu flimkien.  Xogħolna fl-edukazzjoni hu li niċċelebraw din id-diversità billi noħolqu ambjent ta’ rispett u nkontru. Fis-sena 2020, l-Istitut għall-Edukazzjoni kien nieda symposium dwar it-tema li minnu kienu ħarġu numru ta’ aspetti li jolqtu fil-laħam il-ħaj dak li qed jiġri fl-iskejjel; l-opportunitajiet u l-isfidi li jippreżentaw ruħhom. Ma xtaqniex li din l-inizjattiva tibqa’ sett ta’ dokumenti fuq l-ixkaffa, imma tkun xprun biex niċċelebraw dak li qed jirnexxielna nagħmlu flimkien, kif ukoll niddiskutu possibiltajiet għal sfidi li jinqalgħu. Dan nixtiequ nagħmluh mal-edukaturi bil-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u individwi li jaħdmu bla heda f’dan il-qasam.   

 

Għaldaqstant, l-għan ta’ dan l-avveniment onlajn, Ħatt-il Ħajt… Għax Jimpurtana huwa biex noħolqu djalogu informali billi niddiskutu b’aktar profondità it-tema tal-Edukazzjoni Multikulturali mil-lenti lokali flimkien mal-mistiednin tagħna. Dawn huma l-President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, is-Sinjur Robert Cilia u s-Sinjur Omar Rababah li se jkunu qed jaqsmu l-għarfien, u l-ħsibijiet mnaqqxin mill-esperjenzi tagħhom, dwar il-filosofija u l-pedagoġija f’kuntest edukattiv Multikulturali.

Ikklikkja hawn sabiex tkun tista’ issegwi dan l-avveniment nhar l-Erbgħa 8 ta’ Frar mis-6:00pm sas-7:00pm.

Dissolving Fences... Because We Care

Artworks pop with the colours that adorn them. In much the same way, education and its possibilities, are enriched with the diversity of cultures living together. Our task in education is to celebrate this diversity by creating an environment of respect and encounter. In 2020, the Institute for Education had organised a symposium around this theme, which came up with a plethora of aspects which specifically address the opportunities and the challenges in schools. Rather than gather dust, we feel that this initiative should serve as a springboard to celebrate achievements together, whilst seeking novel possibilities which address the challenges. This process we intend to undertake together with all those who work tirelessly in the field, be they educators, civil society or individuals.

 

Thus, the aim of this online event, Dissolving Fences… Because We Care is to create more opportunities for an engaging, informal dialogue regarding the Multicultural Education theme within the local context together with our guest speakers namely the President Emeritus Marie-Louise Coleiro Preca, Mr Robert Cilia and Mr Omar Rababah. They will be sharing their knowledge, insights gained from experiences regarding this philosophy and method of Multicultural Education.

 

Click here to follow the live chat event which will be held on Wednesday 8th February 2023 from 6:00pm till 7:00pm.

Skip to content